Ir-rebħ tal-Enemed Cup ta’ Sliema, kien l-ewwel unur ta’ Dino Zammit bħala plejer ta’ Sliema. Zammit li għandu 27 sena, ngħaqad mas-Slimiżi anqas minn xahrejn ilu wara tmien snin ma’ San Ġiljan.
F’kumment li kien għadda lil netnews.com.mt meta tħabbar bħala plejer ta’ Sliema, Zammit kien qal li ddeċieda li jibdel il-klabb għaliex ħass li kien wasal iż-żmien għal sfida ġdida. Frisk mis-suċċess kontra l-eks tim tiegħu, Dino Zammit għadu jemmen li San Ġiljan u Neptunes huma l-favoriti għall-unuri.
Dino Zammit iqis ir-rebħ tal-Enemed Cup bħala “l-ewwel pass biex nikkompetu għall-kompetizzjonijiet li ġejjin.” In-numru 12 ta’ Sliema jħoss li parti importanti mir-rebħa kienet li huma kellhom passjoni u grinta aktar mill-avversarji. Waqt il-finali li Sliema rebħu 12-10, Zammit skorja l-gowl li għamel l-iskor 10-7 fit-tielet sessjoni.
//= $special ?>