Dusan Vlahovic tkellem għall-ewwel darba minn meta ċaħad l-interess minn Arsenal u baqa’ fis-Serie A ma’ Juventus. L-internazzjonali Serb issemma ħafna li kien se jispiċċa l-Emirates u jkun wieħed mill-akkwisti għat-tim ta’ Londra fit-trasferimenti ta’ Jannar, wara li l-attakkant kien il-mira ewlenija ta’ Mikel Arteta.
Vlahovic huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar prospetti eċċitanti fil-futbol Ewropew u kellu lista twila ta’ pretendenti potenzjali interessati fis-servizzi tiegħu waqt li kien fi Fiorentina. Iżda kienu t-tim ta’ Massimiliano Allegri li kkonfermaw il-ftehim biex l-attakkant ftit jiem qabel ma jagħlaq is-suq tat-trasferimenti.
Huwa ngħaqad ma Juventus wara li diġa skorja 20 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun għal Viola u se jkun ħerqan li jkompli b’dik it-tip ta’ forma għal La Vecchia Signora. Vlahovic hu maħsub li għamel is-sentimenti tiegħu lejn bidla potenzjali għal Arsenal ċar mill-bidu , jiġifieri li mhux interessat f’dak li kellhom x’joffru l-Gunners.
Din in-nuqqas ta’ konvinzjoni, biex jilqa’ l-proposti ta’ Arsenal ġejja mill-fatt li t-tim ta’ Mikel Arteta bħalissa jinsab mingħajr futbol taċ-Champions League – kompetizzjoni li Vlahovic jinsab iddisprat li jilgħab fiha u jagħti prova tiegħu nnifsu.
L-attakkant wiret il-flokk antik numru sebgħa ta’ Cristiano Ronaldo biex jagħmel aktar pressjoni fuq spallejh wara l-ftehim ta’ €80 miljun. F’dak li jista’ jkun aħbar negattiva għall-partitarji ta’ Arsenal, Vlahovic tkellem għall-ewwel darba minn mindu sar plejer ta’ Juventus.
“Juventus tirrappreżenta kburija, tradizzjoni, familja. Juventus dejjem hemm sal-aħħar minuta, qatt ma jaqtgħu qalbhom,” sostna l-internazzjonali Serb. “It-tim dejjem jiġi l-ewwel, jiena għad-dispożizzjoni tal-kowċ u ta’ sħabi, li se nipprova ngħin bl-aħjar mod possibbli.
“Dejjem irridu aktar, u rridu ntejbu fil-futur. Illum għeluq snini, li huwa tassew sabiħ, jum speċjali għalija. “Dan huwa wieħed mill-isbaħ birthdays li esperjenzajt s’issa. Irrid nagħmel lil Juventus kburin. Dejjem se niġġieldu għall-għanijiet kollha, kif jgħidu, fino alle fine!”
L-aħbar tħalli lil Arsenal ftit ħin prezzjuż biex isibu alternattiva qabel ma tagħlaq it-tieqa nhar it-Tnejn f’nofsillejl, għalkemm numru ta’ ismijiet qed jissemmew. Qed jingħad li Alexander Isak ta’ Real Sociedad u l-attakkant ta’ Everton Dominic Calvert-Lewin huma ż-żewġ alternattivi preferuti ta’ Arteta, għalkemm it-tluq ta’ xi wieħed minnhom fi stadju daqshekk tard x’aktarx ikun diffiċli.
Il-Gunners qed jiżnu wkoll jekk jissanzjonawx it-tluq tal-eks captain eżiljat Pierre-Emerick Aubameyang għall-bqija tal-istaġun wara li kemm Barcelona kif ukoll Juventus avviċinaw biex jipproponu ftehim ta’ self.
//= $special ?>