Futbol Sport

Hibernians jerġgħu jiddiżappuntaw

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Matthias Mizzi

Santa Lucia ……………… 0

Hibernians ……………… 0

Santa Lucia: J. Haber, A. Prates, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti (61’ K. Xuereb), P. Mota Silva, J. Tanti (63’ A. Valport), V. Pretes, J . Zerafa, D. Xuereb

Hibernians: M. Calleja Cremona, F.Apap (84’ A. Muniz), L. Almeida, A. Attard (62’ T. Aldama), J. Grech, J. Degabriele, D. Vella, E. Beu, A. Agius, G. Artiles (69’ J. Zerafa), W. Domourad

Imwissija: 21’ P. Silva Mota, 58’ G. Atriles, 59’ J. Pisani, 84’ T. Aldama

Referee: Stefan Pace

Assistenti Referees:  Luke Portelli & Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele

BOV Plejer tal-Logħba: Justin Haber (Santa Lucia)

Wara d-draw tal-ġimgħa li għaddiet ta’ 1-1 kontra Mosta, Hibernians reġgħu ddiżappuntaw meta f’darhom stess ġew miżmuma għat-tielet darba konsekuttiva. Mill-bidu tal-partita, dehret li se tkun iebsa għal Hibernians tant li l-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fl-20 minuta logħob permezz ta’ konklużjoni bir-ras minn Wilfried Domoraud. Għajr din l-azzjoni, fl-ewwel taqsima Hibernians ftit li xejn resqu lejn il-lasti opposti bl-azzjonijiet perikolużi jaslu minn xuttijiet mill-bogħod.

It-tieni taqsima kompliet bl-istess ritmu ta’ logħob iżda fil-75 minuta Hibernians kienu sfortunati li ma skurjax billi f’temp ta’ minuta laqtu l-lasta minn żewġ okkażjonijiet differenti. B’Santa Lucia aktar kuntenti bi dro ,fl-aħħar mumenti huma għarfu jkun kompati fid-difiża biex temmew il-partita mingħajr gowls. Għaldaqstant dan l-iskor ikompli jiżvolġi l-kampjonat f’wieħed interessanti kemm min-naħa ta’ fuq, kif ukoll min-naħa t’isfel tal-klassifika.