Rowen Camilleri
SLIEMA W…………1
SIRENS……………..0
Sliema W: D. Cassar, J. Morales, K. Shaw, O. Linton, M. Beerman, D. Vukovic, G. Aquilina (Y. Uchida 72’), D. Holla (I. Gui 73’), M. Piciollo (J. Engerer 88’), R. Kisil (E. Agius 72’), V. Berisha
Sirens: J. Debono, M. Motta, K. Reid (W. Avoce 86’), B. Gavrilla, D. Albanese, A. Borg, J. Walker (D. Jackson 75’), M. Lomis, C. Z. Lonardelli, A. Cini, V. Vieira
Imwissija: D. Holla 36’ (SL)
Skorjaw: K. Shaw 55’ (SL)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Duncan Sultana u Thomas Debono
Il-Mument Plejer tal-logħba: Danny Holla (Sliema Wanderers)
BOV Plejer tal-logħba: Kurt Shaw (Sliema Wanderers)
Fl-unika partita fl-Istadium Nazzjonali għas-Sibt, Sliema Wanderers kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u tal-istaġun meta f’konfront missielet kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Sirens. Minn naħa l-oħra, għat-tim minn San Pawl il-Baħar, din kienet l-ewwel telfa f’dawn l-aħħar ħames partiti.
Ma’ l-ewwel minuti l-partita dehret li se tkun waħda interessanti u wara biss żewġ minuti Gavrilla ta’ Sirens jitfa’ kros fil-kaxxa li sab lil Albanese li iżda bir-ras tefa’ barra. Minuta biss wara fuq in-naħa opposta Ruslan Kisil jikkrosja fil-kaxxa lejn Matteo Piciollo bl-attakkant Taljan jixxutja bis-saħħa u jolqot il-mimduda qabel mad-difiża tajjret il-periklu. Fil-ħames minuta l-goalkeeper ta’ Sirens Debono rċieva ballun lura u qabel ma’ xxuttja żelaq iżda b’xorti tajba d-difiża kienet attenta u tajjret ‘il fuq. Fil-11-il minuta Gavrilla minn korner qasir sab lil Vitor Vieira li wara li żamm il-ballun prova xutt minn qagħda angulata bil-goalkeeper David Cassar ikollu jdawwar f’korner. Seba’ minuti wara reġgħu kienu Sirens din id-darba permezz tal-Olandiż Lomis li ttanta xortih iżda sab lil Cassar għal darboħra attent li dawwar f’korner. Mal-31 minuta jerġgħu jkunu Sirens fuq l-attakk, Gavrilla jqassam lejn Reid li avvanza u prova xutt li għadda ftit barra.
Sliema Wanderers ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u fil-50 minuta Danny Holla jipprova xutt minn barra li għadda għoli. Fil-55 minuta Sliema meritatament skurjaw il-gowl deċiżiv. Kien Ruslan Kisil li tefa’ kross preċiż fuq ras il-plejer tal-logħba KURT SHAW li minn ġol kaxxa ż-żgħira għeleb lil Debono. Fit-68 minuta Vitor Vieira ta’ Sirens jipprova xutt minn barra li għadda mħakkek mal-mimduda. Fid-79 minuta Alex Cini tefa’ kross insidjuż fil-baxx li iżda hadd minn Berisha jew Vieira ma’ laħaq fil-ħin. Fid-90 minuta id-difensur Motta ta’ Sirens prova xutt minn tliet kwarti ta’ ground li għal ftit ma’ ħasadx lil Cassar iżda għadda ftit għoli. Sirens provaw ifittxu l-gowl tad-dro iżda d-difiża tat-tim immexxi minn Adrea Pisanu żammet soda sat-tmiem.
//= $special ?>