Lokali

Issofri feriti gravi wara li waqgħet minn għoli fir-residenza tagħha stess

Ritratt: Martin Agius

Mara ta’ 25 sena mis-Swieqi sofriet feriti gravi wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar sular minn fuq ħajt ta’ terrazzin fir-residenza tagħha stess, fi Triq il-Kartoċċ.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-6.30pm.

Fil-post, minbarra l-Pulizija wasal tim mediku b’Ambulanza, li assista u ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Hemm, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.