Fl-istess waqt li l-poplu Malti u Għawdxi qed iħabbat wiċċu ma’ żieda qawwija fil-prezzijiet partikolarment f’affarijiet essenzjali fosthom ħxejjex, ħobż, prodotti tal-ħalib u tal-ħasil, iċ-Chairman tal-midja Laburista Jason Micallef, irid li jgħolli l-pagi tal-Ministri.
F’intervista li saritlu fuq Malta Daily minn Fabian Demicoli, Jason Micallef saħaq li hemm bżonn li l-pagi tal-Ministri jiżdiedu…meta bħalissa, il-poplu qed jitkarrab għall-għajnuna tal-Gvern waqt li għadu qed jaffaċċja d-daqqa ekonomika tal-pandemija u l-inflazzjoni bla rażan.
Fl-istess intervista, Micallef attakka lid-Deputat Mexxej tiegħu u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta qal li ma jistax ikun li jkollok kuntratti b’pagi esaġerati u ħadd ma jispjega għalfejn, filwaqt li nsista li l-kuntratt ta’ Carmen Ciantar li hi wkoll Campaign Manager u Chief of Staff ta’ Fearne imbarazza lill-Gvern.
F’botta cara anke għal Robert Abela illi pparmetta li dan kollu jibqa’ għaddej minn taħt imnieħru.
Mal-MaltaDaily, Jason Micallef attakka wkoll il-ħidma tal-Ministru Aaron Farrugia u l-Ministri Laburisti li ġew qablu hekk, kif insista li fil-qasam ambjentali waqgħu ħafna lura.
Il-Mexxej tal-midja Laburista ma waqafx hawn, iżda kompla joħroġ għall-attakk hekk kif dar għas-settur tal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela fejn meta kien mistoqsi dwar ix-Xandir Nazzjonali, huwa saħaq li l-PBS ma jagħtix ġieħ lill-pajjiż.
Jason Micallef tkellem ukoll dwar Keith Schembri fejn żvela li kien hu li introduċieh b’mod attiv mal-Partit Laburista. U stqarr li Joseph Muscat u Schembri kienu ilhom ħbieb għal snin twal.
Micallef tkellem anke dwar il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn iddeskriviha b’dan il-mod.
Jason Micallef qal illi kien inevitabbli li l-imġieba lejha kienet ser tkun waħda ostili.
Micallef saħaq li l-attitudni ta’ Caruana Galizia waslitha fejn waslitha…iżda insista li jinsab ferm inkwetat għall-indifferenza ta’ bosta rigward il-mewta tagħha.
//= $special ?>