L-ewwel minn sensiela ta’ tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni biex jiġi stabbilit min eventwalment se jirbaħ post fuq l-Enemed Malta-Sicily Windsurf Crossing – Edizzjoni Kommemorattiva tal40 Anniversarju (1982-2022) se ssir is-Sibt 5 jew il-Ħadd 6 ta’ Frar – skont ilkundizzjonijiet tat-temp. It-tluq u t-tmiem ta’ din it-tiġrija ta’ kwalifikazzjoni, li għandha bidu fl-10 ta’ filgħodu, se jkunu minn Il-Bajja tax-Xama’ f’San Pawl il-Baħar.
Huwa ppjanat li jkun hemm ħames kompetituri f’dan l-Avveniment Kommemorattiv.
Tnejn minn dawn se jkunu windsurfers ‘veterani’, tnejn se jkunu ‘new comes’, u l-ħames post filline-up tal-Avveniment se jmur għal board-baħri barrani, li simbolikament se jkun qed jirrappreżenta lill-windsurfers barranin li matul is-snin ( 1984-1994, 2004) ipparteċipaw flInternational Malta-Sicily Windsurf Race. Tnejn mill-isfidanti qawwija fil-kategorija tal-‘veterani’ huma Paul Ellul, wieħed miż-żewġ protagonisti tal-ewwel Windsurf Crossing Sqallija-Malta fl-1982, u Jean Paul Fleri Soler li fl-ewwel edizzjoni tat-tiġrija tal-1984, waqqaf Ħin Rekord. ta’ 5hrs 56mins 35sec, ħin li qatt ma kien ikkontestat fil-medda 1984-1994 tal-Avveniment, It-tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni qed jiġu promossi u organizzati minn Wishbone Windsurfing Promotions flimkien mal-Malta Young Sailors Club li qed jipprovdu lill-ekwipaġġ espert tagħhom fit-tmexxija tal-programm ta’ kwalifika.
Għadd ta’ ‘rotot’ fuq distanzi twal ġew iddisinjati biex jiġu kkunsidrati fil-ġurnata partikolari tat-tiġrija ta’ kwalifikazzjoni fejn il-kundizzjoni prevalenti tar-riħ tkun il-fattur determinanti tat-tul tat-tiġrija. Dawn it-tiġrijiet fuq distanzi twal tul il-kosta jvarjaw minn bejn wieħed u ieħor 11-il mil nawtiku sa 39 mil nawtiku. Windsurfers li jixtiequ jippartecipaw f’dawn isserje ta’ kwalifikazzjoni għandhom jirreġistraw online permezz ta’ www.maltayoungsailors.com.
Sadanittant mit-tħabbira tal-avveniment kien hemm reazzjoni pozittiva fir-rigward talflotta ta’ appoġġ ta’ dgħajjes, li jwettqu diversi dmirijiet, u jestendu l-appoġġ ewlieni għallavveniment. Fil-preżent sidien/kaptani ta’ tliet Skorti, dgħajsa medika waħda u tliet ribs għal skopijiet ta’ skorta u sigurtà, diġà kkommettew l-appoġġ tagħhom għall-Avveniment.
L-Enemed Malta-Sicily Windsurf Crossing – Edizzjoni Kommemorattiva tal-40 Anniversarju (1982-2022, qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Comune di Pozzallo (Kunsill tal-Belt ta’ Pozzallo) Sqallija, b’Enemed bħala l-“Official Fuels Partner” kif ukoll l-sponsor ewlenin. LImsieħba Uffiċjali l-oħra tal-Avveniment huma GasanMamo Insurance, S&D Yachts, Blye, Medcomms Marine Electronic, Cisk, u Roland Marina. L-Avveniment qed isir ukoll bl-appoġġ u r-rikonoxximent tal-Malta Sports Journalists Association.