Il-paġna ta’ Replay (Net Television) ħabbret li t-trasferiment ta’ Matthew Guillaumier ma’ Reggina 1914 huwa viċin li jseħħ wara diskussjonijiet pożittiv bejn Ħamrun Spartans u l-club fis-Serie B ta’ Reggina. Jekk ikunu konklużi n-negozjati bejn iż-żewġ paritjiet, Guillaumier jissieħeb lil Reggina b’self sal-aħħar tal-istaġun.
Il-midfielder ta’ 23 sena inizjalment kellu jkunu parti minn trasferiment ta’ bdil bejn Reggina u Ħamrun, b’Ħamrun jakkwistaw lill-attakkant ta’ fama mondjali Jeremy Menez filwaqt li Guillaumier jissieħeb lil Reggina b’self. Madanakollu t-trasferiment ta’ Menez mhux mistenni jseħħ f’dawn il-jiem sa tmiem is-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar.
Kienet il-paġna ta’ Replay (Net Television) li rraportat li Reggina kienu qed isegwu mill-qrib lil Guillaumier, fejn irraportat ukoll li Reggina saħansitra bagħtu scouts biex jaraw lil player internazzjonali Malti. Għall-aktar żviluppi b’rabta ma’ dan it-trasferiment segwu l-paġna ta’ Replay (Net Televison) fuq Facebook.
//= $special ?>