Futbol Sport

Miċħud il-protest ta’ Ħamrun b’rabta mal-partita kontra Birkirkara

Il-bord tad-dixxiplina tal-MFA ċaħad il-protest imressaq minn Ħamrun b’rabta mal-partita tal-Kampjonat BOV Premier kontra Birkirkara. Il-partita ntemmet fi draw ta’ 0-0, bir-riżultat se jibqa’ jgħodd. Dan il-protest tressaq miċ-champions attwali hekk kif allegaw li Birkirkara qabbżu l-ammont ta’ players barranin li club jista’ jkollu reġistrati, bit-trasferiment tal-goalkeeper Julani Archibald mingħand Santa Lucia.