Grupp ta’ dimostranti nġabru fit-triq ta’ quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex itennu l-ġlieda tagħhom kontra l-fatt li l-Gvern qed jimponi l-vaċċin fuq il-pubbliku.
Waqt il-protesta, id-demostranti sejħu r-restrizzjonijiet preżenti tal-Covid-19 bħala farsa assoluta u li l-Gvern kien diżorganizzat fid-deċiżjonijiet li ħa billi filli impona l-vaċċin fuq il-poplu u introduċa miżuri stretti u filli qabad u żarma l-pjanijiet kollha … f’mossa deskritta bħala waħda biex jintgħoġob mal-poplu.
Matul il-protesta kien innutat kif, fl-aħħar jiem, ħafna spiċċaw ħadu l-booster biex ma jitkeċċewx minn xogħolhom u ma jiġux esklużi mis-soċjeta.
Dan filwaqt li esprimew id-dispjaċir tagħhom li t-tfal, minkejja l-kesħa li ħakmet dawn il-jiem, qed ikollhom bilfors jattendu l-lezzjonijiet fil-klassijiet bit-twieqi miftuħin u jistkennu taħdt il-gverti.
//= $special ?>