Huwa kważi ċert li Donny van de Beek se jħalli lil Manchester United b’self dan ix-xahar fost interess konkret minn tliet klabbs. Crystal Palace, klabb ieħor tal-Premier League u klabb barrani mhux magħrufa huma mifhum li kollha qablu provviżorjament dwar it-termini ta’ self u issa huwa fid-diskrezzjoni tal-plejer ma’ liema klabb jagħżel li jingħaqad.
Kwalunkwe klabb li jirrekluta lil Van de Beek irid ikopri l-paga tiegħu ta’ £120,000 fil-ġimgħa kollha u jrid iħallas miżata tas-self. Van de Beek, ta’ 24 sena, ilu jitħarreġ f’Amsterdam fl-aħħar jiem u l-iskwadra tal-United mistennija lura f’Carrington is-Sibt (illum) biex terġa’ tibda t-taħriġ wara ġimgħa ta’ mistrieħ.
Newcastle u Borussia Dortmund, x’aktarx huma t-tims l-oħra, u t-tnejn kienu ġew offruti li jieħdu lil Van de Beek mill-aġent il-ġdid tiegħu, Ali Dursun, aktar kmieni dan ix-xahar. Madankollu, s-sieħba ta’ Van de Beek Estelle tiġi bint il-leġġenda ta’ Arsenal Dennis Bergkamp, u li għadu close mal-eks sieħbu ta’ Arsenal u Manager ta’ Cyrstal Palace Patrick Vieira.
Il-Manchester Evening News irrapporta nhar il-Ġimgħa li Van de Beek kien qed jittama li jingħata permess mingħand il-manager interim tal-United Ralf Rangnick biex jingħata b’self, minkejja l-preferenza tal-Ġermaniż li jżomm lil dan il-playmaker.
Il-bidla ta’ United għal formazzjoni ta’ 4-3-3 u r-ritorn mistenni ta’ Paul Pogba minn injury fil-koxxa l-ġimgħa d-dieħla jistgħu jkomplu jirrestrinġu l-prospetti ta’ logħob ta’ Van de Beek. Nhar il-Ħamis il-media rrappurtat li Van de Beek jinsab diżilluż bis-sitwazzjoni tiegħu mal-United u ħassu mqarraq bil-prospetti li jkun inkluż aktat fit-tim mill-eks manager Ole Gunnar Solskjaer.
Numru ta’ strateġisti tal-United jemmnu li Van de Beek m’għandux il-fiżika meħtieġa biex jirnexxi fil-Premier League minkejja li ħadem ħafna u żied il-muskolaturi dan l-istaġun. Van de Beek ilu ma jibda logħba tal-Premier League minn Mejju.
17-il xahar ilu huwa ngħaqad mal-United fi ftehim ta’ £40 miljun u beda’ biss erba’ logħbiet tal-kampjonat. Rangnick ikkonferma aktar kmieni dan ix-xahar Van de Beek ried jitlaq biex jikseb aktar ħin ta’ logħob regolari u għalhekk jerġa’ lura fl-iskwadra tal-Olanda qabel it-Tazza tad-Dinja tax-xitwa.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż, Louis van Gaal ħalla barra lil Van de Beek mit-tliet skwadri tiegħu s’issa dan l-istaġun u Van de Beek kellu jirtira mill-iskwadra tal-Kampjonat Ewropew minħabba injury fil-groin. Van Gaal kien qal li jekk il-midfielder ma jilgħabx aktar ta’ spiss, ma jistax ikun parti mit-tim nazzjonali, minkejja l-kwalitajiet tiegħu.
//= $special ?>