Matthias Mizzi
Balzan …………………….2
Mosta …………………….3
Balzan: J. Galea,A. Loof, M. Grima, K. Alvin Daniels (64’ P. Fenech), U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, S. Jalu (64’ A. Andrejic), N. Frendo (75’ G. Camilleri), M. Mijic, B. Kaljevic, S. Cipriot
Mosta: E. Akpan, M. Fernandes Da Silva, R. Briffa (61’ J. Loen), E. Acheampong, C. Faila, J. Bezzina, L. Riascos, A. Antwi Dennis, R. Morisco, S. Akinbule (79’ W. Donkin), R. Ekani
Imwissija: 16’ J. Galea, 37’ U. Ljubomirac,37’ L. Riascos
Skorjaw: 8’ B. Kaljevic, 16’ C. Failla (PEN), 34′ L. Riascos, 42′ S. Jalu, 84’ W. Donkin
Referee: Andrea Sciriha
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri & Duncan Spiteri
Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech
BOV Plejer tal-Logħba: Agyare Antwi (Mosta)
Wara nuqqas ta’ seba’ logħbiet, Mosta rritornaw għar-rebħ bil-kbir kontra l-ġirien Balzan li f’ġimgħa sofrew it-tieni telfa. F’logħba mimlija emozzjonijiet u gowls iż-żewġ timijiet urew wirja qalbiena iżda finalment kienu Mosta li ħarġu fuq in-naħa rebbieħa.
L-ewwel taqsima kienet ikkratterizzata b’erba’ gowls fejn wara biss tmien minuti Kaljevic tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ meta approfitta minn żball fid-difiża. Kienu Mosta li tmien minuti wara rrispondew b’mod tajjeb billi Clayton Failla għamel l-iskor indaqs minn penalty. Fl-34 minuta Mosta sarrfu l-isforzi tagħhom f’gowl. Kien il-Kolumbjan Luis Riascos li b’xutt mill-ewwel, minn free-kick mogħti preċiżament fuqu għeleb għalkollox lil Galea. Ftit minuti wara, Balzan reġgħu għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ gowl tal-istampi mill-Olandiż Suleiman Jalu biex iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fl-iskor ta’ 2-2.
It-tieni taqsima kompliet bl-istess ritmu ta’ gowls, biż-żewġ naħat kellhom l-opportunitajiet ta’ gowls iżda Mosta xtaqu jħallu kollox għall-aħħar. Proprju ħames minuti mid-disgħin minuta, is-sostitut ta’ Mosta William Donkin tefa’ lit-tim tiegħu f’delirju ta’ ferħ meta b’konklużjoni b’saħħitha mill-viċin wassal lit-tim tiegħu għal tliet punti kruċjali għall-klassifika. B’riżultati favur dawk it-timijet fin-naħa t’isfel tal-klassifika, jidher li t-taqtigħa għas-salvazzjoni se tkun waħda iebsa.
//= $special ?>