Chris Cassar
San Ġwann ………………………. 0
Żejtun ……………………………… 0
San Ġwann: C. Formosa, K. Bartolo, J. Micallef, L. Mallia, E. Mbong, N. Radojevic, B. Kuyper Sjaak, A. Falzon, C. Omoruanzoje, D. Mifsud, G. Pace
San Ġwann: C. Cassar, A. Abela, D. Agius, R. Sgaria Farias, G. Martin, C. Grech, CH Da Silva Barbosa, S. Tounkara, D. Xuereb, J. Farrugia, G. Azzopardi
Referee: Slawomir Olucha
Żejtun, li sa issa kellhom staġun ferm pożittiv, ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls minn San Ġwann. Dan kien diżappunt għal Żejtun, li qed jissieltu għal promozzjoni fl-aħħar tal-istaġun.
L-aħjar azzjonijiet tal-partita waslu mingħand Żejtun, li dejjem sabu lill-gowlkiper Cain Formosa attent bejn il-lasti. Formosa wettaq save tajjeb wara 19-il minuta logħob meta Da Silva Barbosa ħarab tajjeb fuq il-lemin, iżda x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa ddawwar f’korner mill-gowlkiper. Fit-42 minuta, reġa’ kien Formosa li salva tajjeb ix-xutt ċentrali ta’ Sgaria Farias minn distanza qasira. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, Formosa wettaq wieħed mill-isbaħ saves tal-logħba meta rnexxielu jdawwar f’korner ix-xutt ferm b’saħħtu u preċiż ta’ Da Silva Barbosa minn freekick f’tarf il-kaxxa.
Żejtun komplew l-isforzi tagħhom fit-tieni taqsima u kellhom l-aħjar ċans tal-partita mas-siegħa logħob, meta Sgaria Farias irnexxielu jinterċetta ballun mgħoddi lura fid-difiża ta’ San Ġwann, iżda x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ferm ideali għadda jħakkek mal-lasti.
Tarxien isalvaw fl-aħħar
TARXIEN R. …………………. 1
ŻEBBUĠ R. ………………… 1
Tarxien R: J. Borg, C. Conceicao, D. Borg, R. Grech, D. Falzon, K. Cutajar, B. Muscat, S. Nanapere, M. Tabone, T. Nonato, R. Silva Faria.
Żebbuġ R: J. Azzopardi, S. Bugeja, S. Gauci, Y. Tonna, A. Mizzi, M. Perez Jimenez, J. Silveira Da Silva, S. Diacono, R. Vella, J. Sciberras, S. Miloskovic.
Referee: Malcolm Spiteri
Il-logħba bejn l-ewwel tnejn fil-klassifika intemmt fi draw ta’ 1-1 bil-gowl li salva lil Tarxien jasal fil-95 minuta.
Iż-żewġ timijiet kienui ferm kawti fl-ewwel battuti bl-ewwel azzjoni minn naħa ta’ Żebbuġ fit-22 minuta meta l-goalkeeper Borg kien inċert fil-ħarġa tiegħu u Silveira Da Silva antiċipah bir-ras bil-ballun jinżel fuq il-mimduda.
Din tista’ tgħid li kienet l-unika azzjoni denja fl-ewwel taqsima, fejn Żebbuġ kellhom iktar inizjattiva u superjorita’ territorjali, iżda tentattivi lejn il-lasta verament ftit.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Żebbuġ viċin il-gowl tal-vantaġġ meta Miloskovic daħal tajjeb fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu kien salvat b’diffikulta minn Borg. Mill-azzjoni ta’ korner il-ballun wasal f’saqajn Silveira li x-xutt tiegħu stampa mal-mimduda.
Fit-68 minuta azzjoni oħra ta’ Silveira mblukkat mid-difensur ta’ Tarxien Matthew Tabone. Fit-80 minuta Żebbuġ fetħu l-iskor meta kien hemm indeċiżjoni fid-difiża u Miloskovic bir-ras għeleb lil Jurgen Borg.
Żebbuġ ikkontrollaw tajjeb iżda meta kollox deher mitluf Tarxien salvaw il-logħba fil-95 minuta fl-aħħar azzjoni meta s-sotitut Wellington De Oliveira skorja b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ korner.
Mqabba jkomplu jitbiegħdu mill-periklu
MQABBA ………………. 3
MELITA …………………. 2
Mqabba: C. Abdilla, J. Briffa, O. Khatib, G. Mannino, R. Spiteri, J. Azzopardi, L. Mijic, J. Busuttil, J. Vella Critien, R. Melo Costa, L. Musu.
Melita: R. Caruana, M. Debattista, M. Cachia, J.P. Attard, N. Cutajar, J. Galea, J. Abela, H. Konno, A. Messina, N. Omondi, N. Rizzo.
Referee: Jason Portelli
Mqabba għelbu lil Melita f’logħba mill-isbaħ biex komplew jitbiegħdu mill-periklu. Il-logħba kienet verament spettakolari fejn Mqabba wara li bnew vantaġġ doppju raw dan il-vantaġġ jaħrab minn idejhom wara rimonta tajba ta’ Melita, biex ftit wara Mijic skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.
L-ewwel taqsima kienet ferm missielta bit-tim ta’ Mqabba jkun iktar perikoluż quddiem il-lasta avversarja. Il-goalkeeper Caruana wettaq diversi saves speċjalment darbtejn fuq Melo Costa li kien ferm attiv fl-ewwel taqsima.
Mqabba fetħu l-iskor fit-42 minuta meta kien hemm inċertezza bejn il-goalkeeper Caruana u Debattista u approfitta Gabriel Mannino li kompla javanza u skorja f’lasta vojta.
Kif bdiet it-tieni taqsima Melita resqu qrib b’xutt ta’ Julian Galea li kien salvat b’diffikulta minn Abdilla. Fil-50 minuta Mqabba kabbru l-vantaġġ meta Jeremy Busuttil qassam lejn Melo Costa li minn qagħda angolata skorja b’xutt fil-baxx.
Minuta biss wara Melita daħlu mill-ġdid fil-logħba meta minn azzjoni ta’ freekick kien Jean Pierre Atard li skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Il-logħba issa saret ferm missielta u fit-68 minuta Melita kisbu l-gowl tad-draw meta Matthew Debattista skorja ġmiel ta’ gowl direttament minn freekick.
Tliet minuti wara Mqabba reġgħu marru fil-vantaġġ meta Luka Mijic għeleb in-nasba tal-offside u bil-goalkeeper ħireġ biex jagħlaq l-angolu skorja b’lob preċiż.
St. Andrew’s jimpressjonaw
Fgura ………………………………. 2
St. Andrews ……………………… 5
Fgura: J. Azzopardi, C. Ciantar, D. Caruana, TF Grech, RC Prudente, J. Micallef, JC Silva Ewertton, J. Stensen, JR Vella, J. Cassar, D. Quintero
St Andrews: M. Montfort, J. Sixsmith, I. Azzopardi, M. D’Alessandro, S. Martinez, K. Sano, Z. Muscat, A. Borg Olivier, L. Grech, M. Muscat, LA de Melo Lima
Referee: Alex Johnson
F’partita mill-isbaħ u mimlija emozzjonijiet, St. Andrews ħarġu rebbieħa fuq Fgura bl-iskor ta’ 5-2. B’din ir-rebħa, St. Andrews hekk laħqu lill-istess Fgura fin-nofs tal-klassifika b’total ta’ 16-il punt.
Luis Andre de Melo Lima poġġa lil St. Andrews fil-vantaġġ b’dopjetta skurjata f’temp ta’ żewġ minuti. Huma fetħu l-iskor wara 32 minuta logħob meta De Melo Lima għola fuq kulħadd għal ballun minn korner, u għeleb lil Azzopardi b’daqqa ta’ ras. Żewġ minuti wara, Azzopardi rnexxielu jsalva x-xutt ta’ Sano minn tarf il-kaxxa, iżda l-ballun spiċċa f’saqajn De Melo Lima, li xeħet fix-xibka b’xutt fil-baxx.
L-andament tal-partita baqa’ wieħed mexxej ħafna u St. Andrews għamluhom tlieta sitt minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, meta f’azzjoni personali, Zak Muscat qabeż żewġ difensuri ta’ Fgura, u qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper Azzopardi b’xutt mill-isbaħ biex għamilhom 3-0.
Fgura rnexxielhom jiftħu l-logħba beraħ tliet minuti wara. Kien Quintero li xeħet kross f’nofs il-kaxxa, fejn sab lil Rafael Conrado Prudente li b’daqqa ta’ ras għeleb lid-difiża ta’ St. Andrews. St. Andrews urew is-superjorita’ tagħhom u reġgħu kabbru l-vantaġġ fis-59 minuta, meta l-gowlkiper salva parzjalment id-daqqa ta’ ras ta’ Azzopardi minn korner, iżda Kei Sano kien f’pożizzjoni ideali biex mir-rebound għamel l-iskor 4-1 b’xutt fil-baxx.
Fgura ma qatgħux qalbhom u baqgħu jippressaw biex fit-68 minuta skurjaw it-tieni gowl tagġhom, għal darboħra b’daqqa ta’ ras ta’ Rafael Conrado Prudente minn azzjoni ta’ korner. St. Andrews għalqu għal kollox il-partita fil-85 minuta, b’xutt angolat mill-isbaħ ta’ Santiago Martinez minn taf il-kaxxa l-kbira.
//= $special ?>