Lokali

“Aħna miegħek. Int tista’ tbiddel il-futur tiegħek u tal-pajjiż” – Bernard Grech

“Se nkunu miegħek biex inti issir l-aħjar li tixtieq tkun. Miegħek se nwettqu l-futur li inti xtaqt tgħix. Miegħek se nsaħħu dan in-nazzjon. Int tista’ tbiddel il-futur tiegħek u l-futur tal-pajjiż. Aħna miegħek, għaliex irridu ngħinuk tbiddel dan il-futur.” – dan kien il-messaġġ b’saħħtu li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jindirizza attività politka fir-Rabat.

Matul id-diskors tiegħu, Bernard Grech tkellem dwar il-vizjoni tiegħu għal Malta fej nkompla jispjega aktar proposti tal-Partit Nazzjonalista, li se jaċċerta li tieqaf il-ħela ta’ flus biex il-familji Maltin u Għawdxin ikollhom aktar flus fil-but biex jgħixu ħajja aħjar għaliex “dan huwa partit li qiegħed miegħek u jrid jimxi t-triq miegħek.”

Fost l-oħrajn, il-Kap tal-PN tkellem dwar l-għoli tal-ħajja hekk kif din kompliet tkun pjaga fuq ħafna Maltin u Għawdxin. Hu fakkar kif fl-2013 kellna Gvern Laburista li wiegħed li jeradika l-faqar, imma minflok spiċċa biex eradika t-tama. Bernard Grech saħaq li “għandna bżonn li infittxu, insibu u nwwettqu s-soluzzjonijiet” u mhux nippuntaw subajna li dak li qed jiġri fid-dinja u nużaw dan bħala skuża biex ma nindirizzawx din il-problema li qed jaffaċjaw ħafna familji Maltin. Hawnhekk, Bernard Grech fakkar fil-proposti tal-PN dwar iz-żiedet tal-għoli tal-ħajja, “biex inti tgħix diċenti, tixtri l-bażiku mingħajr problemi u jkollok post dinjituż fejn tgħix.” “Aħna rriduk tgħix, aħna rriduk tħgix b’moħħok mistrieħ. Mal-PN fil-Gvern inti tista’ tgħix mill-ġdid.”

Il-Kap tal-PN spjega l-proposti li ħareġ bihom il-PN biex dirretament jiġġieled kontra l-għoli tla-ħajja, fosthom dawk għal min jimporta u jesporta l-prodotti u s-servizzi. Bernard Grech spjega kif huwa dmir tla-politiċi li joħorġu bis-soluzzjonijiet u biex isibu mezzi kif il-persuna tista’ tgħix aħjar. Il-wegħda kienet waħda ċara “Mal-PN fil-Gvern se jkollok aktar flus fil-but, se nmexxu bilgħaqal, ma naħlux il-flus u se jkollna aktar miljuni biex inti tista timxi ‘l quddiem.”

Bernard Grech tkellem ukoll dwar is-serq li qed jagħmel il-Gvern Laburista mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Hu saħaq li ma jistax ikun li wara 9 snin fil-Gvern għadu qed jisirqek. Fakkar kif meta l-PN beda jisħaq fuq dan is-serq, tal-Partit Laburista l-ewwel bdew imeru, imbgħad jiddieħku, wara bdew jigdbu, “imma imbgħad għax il-verità ma tista taħbija qatt, kollhom jammettu li kienu għadhom jisirquk fil-kontijiet.”

Minn naħa l-oħra, il-wegħda tal-PN tibqa’ waħda ċara. Gvern ġdid Nazzjonalista se jirrevedi l-konijiet u kull ewro li Gvern Laburista serqek, “aħna se nirritornawħ lura. il-wegħda hija ċara, magħna m’għandekx għalfejn tinkwieta, magħna tista’ sserraħ rasek.”

U wara li l-Gvern Laburista ivvota kontra l-abbozz ta’ liġi li preżenta l-PN din il-ġimgħa fil-Parlament, sempliċiment għax kien preżentat mill-partit oppost, migħajr m’għandhom pjan aħjar, Bernard Grech saħaq li l-PN huwa deċiż li jnaddaf isem pajjiżna għaliex in-nies qed iħossu r-realtà li ġabet magħha l-greylisting.

Fid-dawl tal-qasma li hemm fil-Partit Laburista, Bernard Grech saħaq li Robert Abela moħħu biss biex jirbaħ b’iktar voti minn ta’ qablu u fakkar kif Joseph Muscat fl-aħħar sigħat fakkar lil Abela li l-moviment huwa tiegħu. Dwar dan kollu, il-Kap tal-PN saħaq li kuljum qed jiltaqa’ ma nies li ma jridux jafu aktar bil-Partit Laburista għaliex ma jifilħux lil pajjiżna jinżel aktar l-isfel, iħossuhom traduti u jridu futu aħjar għalihom u għal uliedhom. “Min ħoloq il-problemi f’dan il-pajjiż ma jistax ikun is-soluzzjoni,” kompla il-Kap tal-PN.

Meta tkellem dwar il-pandemija u l-u-turn tal-Gvern fir-rigward tal-miżuri marbuta maċ-ċertifikat tal-booster, Bernard Grech fakkar kif il-PL ġie fi kliem il-PN u għalhekk iddikjara li l-PN ser jibqa’ jkun il-vuċi ta’ kulħadd, “għax dan il-partit dejjem kien il-vuċi tiegħek, qatt ma bżajna nitkellmu u nikkonvinċu għaliex fejn hemm is-sewwa hemm ir-rieda, hemm is-saħħa u hemm is-soluzzjonijiet biex inti tgħix aħjar.”