Matthias Mizzi
Birkirkara……..1
Gżira United….0
Birkirkara: A. Sylla, E. Pepe, Y. Yankam (88’ E. Ruiz), L. Montebello, C. Bonanni, J. Nsumoh, R. Scicluna, B. Ngissah (63’ F.Falcone), O. Carniello, L. Aguirre, D. Venancio
Gżira United: D. Zarkov, G. Bohrer, M. Cosic, N. Muscat, S. Pisani, Z. Scerri (88’ L. Tabone), A. Pavic, N. Portelli (46’ C. Gauci), M. Maia, J. De Assis, J. Mendoza (46’ T. Kolega)
Imwissija: 26’ J. De Assis, 28’ C. Bonanni, 52’ N. Muscat
Skorja: 10’ Luke Montebello
Referee: Glenn Tonna
Assistenti Referees: Edward Spiteri & Shaun Calleja
BOV Plejer tal-Logħba: Amara Sylla
F’konfront interessanti u kkaratterizzat minn ritmu mgħaġġel, Birkirkara ħarġu rebbieħa bl-iskor minimu ta’ 1-0 fuq Gżira United. Minkejja l-isforzi tagħhom f’diversi attakki perikolużi l-goalkeeper ta’ Birkirkara, li ġie magħżul bħala l-plejer tal-partita ċaħħad lill-avversarji milli jiskurjaw waqt diversi opportunitajiet.
Il-Karkariżi marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta kross ta’ Ryan Scicluna minn fuq il-lemin waqa’ fuq Luke Montebello wara żball fid-difiża biex l-attakkant ma ħafirx mill-viċin. Għal Montebello dan immarka t-tmien gowl personali tiegħu matul dan l-istaġun. Fit-22 minuta Gżira tilfu ċans tad-deheb wara li Jefferson De Assis sfrutta u avvanza tajjeb minn żball ta’ Ryan Scicluna iżda tilef il-ballun wiċċ imb’ wiċċ mal-gowler.
Fit-tieni taqsima r-ritmu taż-żewġ timijiet donnu naqqas xi ftit b’Gżira ftit aktar perikolużi lejn il-lasti opposti b’xuttijiet minn barra ‘l kaxxa. Għaldaqstant b’dan ir-riżultat Birkirkara kkonsolodaw posthom fir-raba’ post filwaqt li Gżira jinsabu ras imb ras ma’ Sirens, Valletta, Balzan u Gudja fil-klassifika.
//= $special ?>