Il-pandemija tal-Covid-19 swiet il-ħajja ta’ żewġ persuni oħra meta fl-aħħar sigħat mietu żewġt irġiel ta’ 75 u 85 sena rispettivament. B’hekk issa l-ammont ta’ vittmi li mietu bil-Covid tela’ għal dak ta’ 547. Fl-aħħar 10 t’ijiem mietu 27 persuna kaġun tal-Coronavirus.
Bejn is-Sibt u l-Ħadd pajjiżna rreġistra 191 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 401 persuna.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar sigħat, l-għadd tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, b’kumplikazzjonijiet tal-virus huwa dak ta’ 93. Dan filwaqt li dawk f’qagħda kritika u li jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva issa huma 5.
L-ammont ta’ każi attivi issa huwa dak ta’ 3,133.
//= $special ?>