Rowen Camilleri
ĦAMRUN S………..2
FLORIANA………….2
Ħamrun S: H. Bonello, D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong, A. Oyama, F. Sasere, L. Gambin (P. Djordevic 79’), K. Micallef, C. Dielna, E. Marcelina (J. Soares 46’), F. El Bakhtaoui
Floriana: G. Kitanov, A. M. Overenend, O. El Hasni, Z. Cassar, R. Hovsepyan, J. Arias (M. Garcia 64’), B. Paiber (M. Micallef 87’), E. Callegari, E.Rebejna (C. Rutjens 87’), J. Busuttil (O. Spiteri 54’), R. Camenzuli
Skorjaw: R. Camenzuli 13’, R. Hrovsepyan 65’ (F), J. Soares 59’, F. Sasere 66’ (Ħ)
Imwissija: O. El Hasni 45’ (F), E. Marcelina 35’, K. Micallef 50’, L. Gambin 60’, C. Dilena 90+3 (Ħ)
Tkeċċa: O. El Hasni 84’(F)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Vasil Vasilev
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Faissal El Bakhtaoui (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Jorge Soares (Ħamrun Spartans)
F’partita kkumbattuta għall-aħħar, Ħamrun Spartans u Floriana spiċċaw fi dro ta’ 2-2, bil-konfront isir wieħed aktar interessanti fit-tieni taqsima fejn assistejna għal tliet mill-erba’ gowls skurjati.
Ħamrun kellhom nieqsin lil Corbalan u lil Ntow, it-tnejn b’injuries filwaqt li Floriana kellhom jilgħabu mingħajr elementi importanti fit-tim bħal m’huma Keqi, Garzia u Ciolacu li kollha kienu sospiżi.
Wara sitt minuti Joseph Mbong jitħol fil-kaxxa avversarja u jitfa’ kross fil-baxx perikoluż iżda ma’ sab lil ħadd u l-ballun baqa’ sejjer barra. Erba’ minuti wara Sasere javvanza mix-xellug u jitfa’ kross lejn El Bakhtaoui li prova xutt mill-ewwel iżda x-xutt kien dgħajjef u spiċċa f’idejn Kitanov. Floriana fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni tagħhom meta Jose Arias daħal fil-kaxxa u qassam lejn RYAN CAMENZULI li minn quddiem Bonello tefa’ ġewwa. Fil-35 minuta Ħamrun fuq l-offensiva iżda wara li żamm tajjeb Faissal El Bakhtaoui ra x-xutt tiegħu ikun imblukkat mid-difiża Furjaniża u mdawwar f’korner.
Fl-ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima fil-51 minuta, Floriana marru viċin li jirduppjaw meta kien Brandon Paiber li nkariga minn free kick dirett, bil-goalkeeper Henry Bonello jilqa’ iżda kellu jkun mgħejjun mill-wieqfa qabel mal-ballun spiċċa barra. Ħamrun Spartans ġabu l-gowl tad-dro fid-59 minuta meta Luke Gambin tefa’ kross insidjuż fil-kaxxa li sab lis-sostitut JORGE SOARES li b’daqqa ta’ ras sabiħa għeleb għal kollox lil Kitanov. Ftit wara, fil-65 minuta Floriana reġgħu marru fil-vantaġġ meta l-akkwist il-ġdid tagħhom RUMYAN HOVSEPYAN daħal fil-kaxxa u wara li qabeż żewġ difensuri ikkonkluda fil-baxx u wara Bonello. Madankollu dan il-vantaġġ dam biss minuta għax Ħamrun reġgħu għamlu l-iskor indaqs. Kien pass fit-tul ta’ El Bakhtaoui lejn FRANKLIN SASERE li avvanza u minn quddiem Kitanov ma’ żbaljax. Fl-74 minuta Ħamrun mill-ġdid perikolużi u ċans ieħor għal Soares iżda wara li rċieva kross preċiż mingħand Gambin laqat il-ballun ħażin bir-ras u l-ballun spiċċa f’idejn Kitanov. Minuta wara kross ta’ Ryan Camenzuli u Magri Overend għal ftit ma’ jilħaqx iżda l-ballun baqa’ sejjer barra. Fit-78 minuta Kitanov wettaq save mill-isbaħ wara li s-sostitu Predrag Djordevic prova xutt minn barra, bil-goalkeeper Bulgaru jinqata’ għal tulu u jdawwar f’korner. Fil-85 minuta Floriana spiċċaw b’għaxra minn nies meta Oualid El Hasni dabbar it-tieni karta safra wara foul fuq Faissal El Bakhtaoui.
Fil-ħin miżjud l-istess El Bakhtaoui prova xutt minn barra li Kitanov kellu jdawwar f’korner b’diffikultà b’din tkun l-aħħar azzjoni tal-partita biż-żewġ timijiet ikollhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed.
//= $special ?>