Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma’ diversi partiti u stati biex jawgura l-ħidma t-tajba lill-President tar-Repubblika Taljan Sergio Mattarella f’dan il-mandat ġdid tiegħu.
Dan ħareġ minn stqarrija mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarju Internazzjonali, Vernoica Perici Calascione f’isem il-PN qalu li l-mertu tal-kwalitajiet u talenti tiegħu l-maġġoranza tal-partiti politiċi ngħaqdu biex jivvutawlu mill-ġdid. Qbil fuq persuna li fl-esperjenza u formazzjoni demokristjana ta’ lura ħidma essenzjali. Messaġġ ċar għall-unitá u stabbilitá neċessarja għal kull stat f’dawn iż-żminijiet.
Qalu li l-messaġġ ikbar għall-integritá, legalitá u onestá. Persuna li tagħraf l-isfidi fil-Mediterran u Ewropej. Propju għalhekk nwasslu l-awguri tagħna lill-istat li miegħu għandna relazzjonijiet politiċi tajbin ħafna.
//= $special ?>