Il-Partit Nazzjonalista jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-produtturi tal-films u l-organizzaturi tal-avvenimenti lokali li jinsabu diżappuntati ħafna mill-Malta Film Awards tal-bieraħ.
Iċ-ċerimonja lussuża, li użat aktar fondi minn dak allokat, swiet lill-pajjiżna aktar mill-assistenza li tingħata lill-produtturi tal-films matul is-sena.
Aktar milli ċelebrazzjoni vera ta’ dawk li taw sehemhom fil-film Malti, iċ-ċerimonja nħatfet għall-propaganda minn diversi ministri u uffiċjali tal-Partit Laburista biex jidhru fuq TVM .
Il-Partit Nazzjonalista, li fil-gvern investa b’mod konkret fil-bini tal-industrija tal-films f’Malta, jimpenja ruħu li jagħti għajnuna reali lill-produtturi tal-films jekk jiġi elett fil-gvern.
//= $special ?>