Sport Sport Ieħor

Intervista Esklussiva ma’ James Beckford fi SportExtra

Fis-sittax il-programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum fuq NetTV mit-3.20 pm ‘l quddiem se tixxandar intervista esklussiva li Charles Camenzuli għamel ma’ wieħed mill-aqwa atleti ta’ kull żmien JAMES BECKFORD.

F’karriera ta’ madwar għoxrin sena, JAMES BECKFORD ikkompeta għal Jamajka fi tlett Olimpijadi fl-1996 f’Atlanta fejn kiseb il-midalja tal-fidda fil-long jump wara l-leġġendarju Carl Lewis kif wkoll fl-2000 f’Sydney u fl-2004 f’Ateni. l-enfażi hija fuq il-weightlifting u l-atletika. Kiseb wkoll żewġ midalji tal-fidda fil-Kampjonati tad-dinja f’Gothenburg fl-1995 u Parigi fl-2003 u fil-Kampjonati tad-Dinja indoor f’Budapest fl-2004.

Fl-ewwel parti tal-programm l-enfażi tibqa fuq l-atletika b’intervisti mal-kowċis ANTONELLA CHOUHAL b’rabta mat-training camp li sar minn Kaled Wajih b’rabta mal-atleti fid-discus, shot put u ħammer throw kif wkoll ma’ RACHID CHOUHAL u l-preparazzjoni ta’ atleti żgħażagħ fi ħdan Rush Athletic Club.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ramon Farrugia.