Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ħabat f’ħajt tas-sejjiegħ

Tard ilbieraħ għall-ħabta tal-11pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Għajn Kajjet, ir-Rabat.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li vettura tat-tip Peugeot, misjuqa minn raġel Ukren, ħabtet f’ħajt tas-sejjiegħ fl-istess triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel. Permezz t’ambulanza r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Mara li kienet passiġġiera fil-vettura mar-raġel ma sofrietx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.