Lokali

Issofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza

Mara ta’ 63 sena minn Ħal Qormi qed issofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun għall-ħabta tal-Ħadd f’nofsinhar.

Il-Pulizija marru fuq il-post u sabu li l-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Ħamrun. Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li wara li taw l-ewwel għajnuna lill-vittma, din ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.