Futbol Sport

L-Eġittu fis-semifinali wara l-ħin barrani

L-Eġittu għamluha għas-semifinali wara li fil-ħin barrani għelbu lill-Marokk 2-1. Kien Sofiane Boufal li poġġa lill-Marokk fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti permezz ta’ penalty. L-Eġittu ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Mohomed Salah fit-53 minuta. Bil-partita tibqa’ fi draw sad-90 minuta, kien Trezeguet fil-100 minuta li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

F’partita oħra, is-Senegal ukoll għamluha għall-fażi li jmiss wara li għelbu lill-Equatorial Guinea 3-1. Famara Diedhiou poġġa lis-Senegal fil-vantaġġ wara 28 minuta. L-Equatorial Guinea ġabu l-iskor indaqs fis-57 minuta permezz ta’ Jannick Buyla Sam. Cheikhou Kouyate reġa poġġa lis-Senegal fil-vantaġġ filwaqt li Ismaila Sarr għalaq il-partita fid-79 minuta għal 3-1.