Futbol Sport

Mason Greenwood sospiż minn Manchester United

(Ritratt: EPA)

Il-winger ta’ Manchester United Mason Greenwood ġie sospiż mill-klabb wara li allegament qed ikun invesitgat b’rabta ma’ vjolenza domestika fuq it-tfajla tiegħu.

Harriet Robson permezz tal-midja soċjali qasmet ritratti tagħha fejn qed ikun allegat li kienet vittma ta’ vjolenza domestika mill-għarus tagħha stess. Il-Pulizija ta’ Greater Manchester qalet li qed tinvestiga’ l-każ kif ukoll qalet li qed iżomm persuna arrestata b’rabta mal-każ.

Greenwood iddebutta ma’ Manchester United fl-2019 u lagħab 129 mat-tim tiegħu.