Passiġġiera ta’ 35 sena qed issofri minn xi feriti wara l-vettura li kienet fiha spiċċat involuta f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tal-3:50 ta’ waranofsinhar fi Triq Ħal Luqa, Santa Luċija.
Fuq il-post marru l-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Qrendi u vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 39 sena mill-Fgura. Il-vittma kienet passiġġiera mas-sewwieq ta’ 39 sena.
Minnufih issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li wara li taw lill-vittma l-ewwel għajnuna, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
