L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-Open tal-Awstralja biex b’hekk sar l-aktar tennista ta’ suċċess ta’ kull żmien. Nadal rebaħ il-21 Grand Slam tal-karriera u qabeż lil Novak Djokovic u Roger Federer għall-aktar Grand Slams mirbuħa minn individwu. Nadal għamel dan fil-finali kontra Daniil Medvedev fejn b’rimonta liema bħala rnexxielu jdawwar il-partita wara żewġ sets minn taħt, biex rebaħ 2-6 6-7 6-4 6-4 7-5.
F’partita li damet aktar minn 5 siegħat Daniil Medvedev iddomina l-ewwel stadji tal-partita, b’ Rafael Nadal jirnexxielu jibqa’ fil-partita u jdawwarha f’rebħa. Nadal kien ilu sitt xhur barra mill-azzjoni qabel l-Open tal-Awstralja biex fir-ritorn tiegħu rnexxielu jsir l-aktar tennista ta’ suċċess fl-eta’ ta’ 35 sena.
//= $special ?>