Sport Sport Ieħor

Rebħa għal Tony Tanti u Brin De Noblesse fil-Premier

F’idejn Tony Tanti, il-Franciz Brin De Noblesse rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-bieraħ fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mit-tielet laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Brin De Noblesse (Tony Tanti) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ zgħir minn Beau De Morgane (Marco Debono) u Amadeus Quick (Paul Galea). Brin De Noblesse żamm il-pass u l-kmand sat-tmiem biex temm rebbieħ mill-istess Beau De Morgane. Il-gdid Germaniz Velten Limelight (Cliferty Calleja) temm it-tielet minn Amadeus Quick. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.8” fil-kilometru.   

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Gold. Din kienet ikkaratterizzata minn dwell eccitanti fl-aħħar metri bejn il-Francizi Cessillac (Pierre Cuscħieri) u Altonico (Marco Debono). Kien tal-ewwel li akkwista l-ewwel rebħa tiegħu f’Malta b’Apache Reyor (Chantel Azzopardi) u I Come In Peace (Kevin Sciberras) jidħlu warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gazon De Campagne (C. Camilleri) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Fast d’Ouville (P. Galea) 3. Astro La Bourgee (R. Hili) 4. Grace De l’Isop (R. Gatt)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Coquin De Cessevil (R. Briffa) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Born To Gis (E. Attard) 3. Jas Ribb (I. Formosa) 4. Aubrac Du Rib (J. Cassar)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Aigle Du Clos (B. Debono) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Felin De Christal (S. Schembri) 3. Cambaceres (P. Galea) 4. Devil Boko (R. Gatt)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cessillac (P. Cuschieri) Ħin – 2.42.5” (1.16”) 2. Altonico (M. Debono) 3. Apache Reyor (Ch. Azzopardi) 4. I Come In Peace (K. Sciberras)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fast Loulou (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.6” (1.16”) 2. Born This Way (G. Muscat) 3. Diego JYL (J. Zahra) 4. Dragon De Bellouet (M. Fenech)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Elton Magic (Ch. Vassallo) Ħin – 2.43.6” (1.16.4”) 2. Athos De La Crou (R. Gatt) 3. Boom Boom Becker (N. Barbara) 4. Nose Gear (A. Farrugia)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Brin De Noblesse (T. Tanti) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Beau De Morgane (M. Debono) 3. Velten Limelight (C. Calleja) 4. Amadeus Quick (P. Galea)

VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gallita (Ch. Gauci) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Defi d’Havane (J. Carabott) 3. Cap Des Granges (A. Farrugia) 4. Gentleman De Larcy (A. Cassar)

Davidson Du Pont jirbaħ l-Amerique

Fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Grand Prix d’Amerique fuq distanza twila ta’ 2700m u bil-bidu bil-waqqaf. Għal din it-tigrija din is-sena kien hemm preżenti biss 5000 persuna, fosthom ftit Maltin. Dan minħabba l-imxija tal-COVID 19.

Ħareg rebbieħ il-favorit Davidson Du Pont (Nicolas Bazire) wara attakk fid-dritta finali minn Galius (Yeoann Lebourgeois) li kien għal ħafna ħin quddiem u Flamme Du Goutier (Theo Duvaldestin). It-Taljan Vivid Wise As (Matheu Abrivard) temm ir-raba’. Davidson Du Pont kellu medja ta’ 1.11.3” fil-kilometru.