Sewwieq ta’ mutur ta’ 40 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza fi Triq Edgar Bernard, il-Gżira l-Ħadd għall-ħabta ta’ 11:45am.
Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru immedjatament fuq il-post fejn is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna meħtieġa. Iktar tard hu ttieħed l-Isptar permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>