ST. GEORGE’S ……………….. 1
VITTORIOSA S. ………………. 2
St. George’s: L. Saliba, M. Freitas da Silva, I. Abela, K. Suemitsu, G. Sultana, R. de Fex, Z. Bowman, R. Sammut, A. Sammut, B. Borg, M. Xuereb
Vittoriosa: R. Marmara, C. Spiteri, A. Cassar, K. Mercieca, E. Grech, E. Ayorinde Tejumola, A. Oularbi, A. Micallef, J. Farrugia, D. Sowatey, I. Galea
Referee: Slobodan Petrovic
Fid-derby tal-Kottonera, Vittoriosa ħarġu rebbieħa fuq il-ġirien tagħhom St. George’s bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet il-ħdax-il telfa għal Bormla dan l-istaġun, li sa issa kisbu rebħa waħda biss u jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika b’4 punti biss. B’din ir-rebħa, Birgu telgħu għal tptal ta’ 13-il punt, iżda l-pożizzjoni tagħhom xorta waħda tibqa’ waħda perikoluża fin-naħa ta’ isfel tal-klassifika.
L-ewwel taqsima kienet ikkarettrizzata minn żewġ penalties, wieħed fuq kull naħa. Wara biss 9 minuti logħob, difensur ta’ Birgu deher imiss il-ballun b’idejh fil-kaxxa u r-referee saffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, il-captain Gianluca Sultana ma falliex. Fis-26 minuta, Isaac Galea deher jitwaqqa’ fil-kaxxa, u r-referee għal darb’oħra ipponta lejn il-marka tal-penalty. Kien Ebenezer Ayorinde li inkariga ruħu mill-penalty u kiseb il-gowl tad-draw għal Birgu.
Bormla kellhom ċans tajjeb li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ fit-52 minuta. Kien Suemitsu li minn azzjoni personali, qabeż zewġ plejers avversarji u ttanta xortieh minn tarf il-kaxxa, iżda x-xutt tiegħu għadda ftit jħakkek mal-lasta. Għaxar minuti mit-tmiem, Birgu kisbu l-gowl tar-rebħa. Kienet azzjoni li bdiet minn kross ta’ Cassar li qassam lejn in-nofs. Il-gowlkiper Saliba rnexxielu jsalva parzjalment ix-xutt ta’ Ayorinde, iżda mir-rebound is-sostitut Denilson Borg Castaldi sab ir-rokna ta’ fuq tax-xibka b’xutt b’saħħtu.
Marsaxlokk idawwru r-riżultat
RABAT A. ………………… 1
MARSAXLOKK ………… 2
Rabat A: J. Vella, M. Aquilina, J. Caruana, M. Cassar, N. Attard, B. Micallef, L. Vella, D. Falzon, K. Muscat, W. Borg, Z. Tanti
Marsaxlokk: F. Tabone, B. Scerri, M. Del Negro, A. Caseres, T. Vella, C. Camilleri, X. Cappellino, W. Serrano, P. Xuereb, E. Vella, D. Azzopardi.
Referee: Ezekiel Barbara
Marsaxlokk kisbu tliet punti meta dawwru r-riżultat kontra Rabat Ajax f’logħba bilanċjata, fejn kienu r-Rabtin li fetħu l-iskor iżda Marsaxlokk wettqu rimonta tajba biex komplew kabbru l-problemi tar-Rabtin.
Marsaxlokk kellhom iktar mil-logħob iżda kienu Rabat li kellhom l-ewwel azzjoni perikoluża meta Larens Vella qabeż anki lill-goalkeeper iżda ġġenneb wisq u x-xutt tiegħu ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka.
Fil-21 minuta Cappellino daħal tajjeb iżda l-lob tiegħu mar għoli. Fl-40 minuta Rabat fetħu l-iskor meta Nicolai Attard għadda tajjeb fuq il-lemin u qassam lejn Larens Vella li spara fix-xibka mill-viċin. Minuta wara l-istess Vella qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper iżda qabel il-ballun qabeż il-linja kien Peter Xuereb li tajjar il-ballun.
Fil-45 minuta Terence Vella twaqqa’ minn Muscat bir-referee jordna l-penalty li minn l-istess Terence Vella skorja b’xutt b’saħħtu. Fil-ħin miżjud freekick fil-kaxxa favur Marsaxlokk bix-xutt ta’ Camilleri salvat minn fuq il-linja minn difensur Rabti.
Fit-tieni taqsima Marsaxlokk kellhom ħafna iktar mil-logħob u fil-71 minuta marru fil-vantaġġ meta Cappellino qassam lejn Caseres li mattar siequ u spara fix-xibka.
Pieta…………………….5
Luqa……………………0
Pieta: R. Cini, S. Okoh, S. Mizzi, M. Portelli, T. Iida, A. Temitope, P. Lapira, B. Borg, Z. Leonardi, J. Scicluna, L. Galea
Luqa: P. Villar Flores, J. Camilleri, V. Olowoyo Kayode, S. Grech, M. Farrugia, MJ Dominicius, R. Schembri, K. Degiorgio, L. Nwaogu Chibuzor, L. Mallia, AJ Sant
Referee: Joseph Scerri
Pieta’ kisbu rebħa faċli u konvinċenti fuq Luqa, biex laħqu lil Żebbuġ fil-quċċata tal-klassifika b’24 punt. Luqa ftit li xejn dehru fil-partita, u kienu Pieta’ li ddettaw ix-xejra tal-logħob mill-bidu sal-aħħar. Din kienet it-tielet telfa konsekuttiva għal Luqa, li jibqgħu mwaħħla fl-aħħar post tal-klassifika b’7 punti biss.
Pieta’ skurjaw l-ewwel gowl tagħhom fit-28 minuta, meta Lapira qassam tajjeb lejn Abdul Temitope, li minn pożizzjoni ferm angolata fir-rokna tal-kaxxa l-kbira, irnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper Villar Flores u jsib r-rokna tax-xibka. Ħames minuti qabel il-mistrieħ, Pieta’ irduppjaw il-vantaġġ tagħhom, għal darb’oħra grazzi għal Abdul Temitope, li ħabbat il-ballun mal-lasta ta’ fuq, u l-ballun dar għal-ġewwa.
It-tieni taqsima kompliet bl-istess ritmu tal-ewwel taqsima, b’Pieta’ kontinwament fuq l-attakk u bi ftit involvement min-naħa tal-gowlkiper Ċini. Temitope reġa’ kien strumentali fit-tielet gowl, meta fil-50 minuta, għadda l-ballun lura lejn Iida Teppei, li b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa l-kbira għeleb lil Villar Flores. Fit-63 minuta, James Scicluna niżżel ismu mal-lista ta’ skorers, meta ħasad għal kollox lid-difiża ta’ Luqa b’xutt ferm sabiħ minn freekick dirett.
Żewġ minuti mit-tmiem, reġa’ kien James Scicluna li skurja d-doppjetta personali tiegħu minn azzjoni personali f’taf il-kaxxa u b’xutt b’saħħtu għar-rokna ta’ fuq tax-xibka.
//= $special ?>