Il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma l-kuntratt ta’ 17,000 ewro kull xahar li ngħata ghal servizzi legali fl-Awtorità tal-Ippjanar.
Mistoqsi minn NET News dwar dan, Abela spjega li l-kuntratt ingħatalu fi żmien Gvern Nazzjonalista wara sejħa kompetittiva u għal 7,000 ewro fix-xahar.
Madankollu, taħt Joseph Muscat, l-ammont aktar milli rdoppja, minn 7,000 għal 17,000 ewro … xi ħaġa li Abela stess ikkonferma ma’ NET News.
Fl-aħħar tliet snin minn dan il-perjodu, Abela kien ukoll il-Konsulent ta’ Muscat f’Kastilja.
Il-Prim Ministru pprova jiġġustifika ż-żieda drastika li ngħata billi qal li wara li tela’ l-Labour, l-ammont ta’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp żdiedu ħafna … xi ħaġa li tħasseb lil ħafna Maltin u Għawdxin għall-mod kif pajjiżna spiċċa midfun bil-konkrit.
Abela kompla li għall-konsulenza fl-Awtorità tal-Ippjanar, l-uffiċċju tiegħu ħadem ukoll is-Sibtijiet u l-Ħdud, xi ħaġa li ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin jagħmlu, iżda li m’għandhomx il-privileġġ li Joseph Muscat jagħtihom 17,000 ewro fix-xahar.
//= $special ?>