Futbol Sport

Barcelona jilħqu ftehim ma’ Arsenal dwar Aubameyang

L-attakkant mill-Gabon, Pierre-Emerick Aubameyang se jkun qed jissieħeb ma’ Barcelona wara li l-klabb Spanjol laħaq ftehim ma’ Arsenal. Jidher li Aubameyang ħalla Londra fejn wasal Spanja matul il-jum tat-Tnejn. Kmieni wara nofsinhar, il-midja Spanjola rrapurtat li l-player ma kienx laħaq qbil mad-diriġenza ta’ Barcelona dwar il-paga.

Tard filgħaxija, il-President tal-klabb ta’ Barcelona qal li huwa possibli li Barcelona jakkwistaw lil Aubameyang, bil-klabb Spanjol jagħmel dan fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti.