Formula 1 Sport

Dawk kollha nvoluti fil-Formula 1 jridu jkunu mlaqqma

Il-Formula 1 ħabbret li dawk kollha nvoluti jridu jkunu mlaqqma kontra l-COVID-19 fejn anke dawk li jaħdmu fil-paddock iridu jkunu mlaqqma. Din ir-regola se tkun qed tapplika wkoll għall-midja u anke għal dawk li jattendu t-tlielaq tal-Formula 1.

Din ir-regola jidher li mhux se tkun qed taffettwa lix-xufiera hekk kif kollha huma mlaqmma, bil-pjan biex jitlaqqmu wkoll il-ħaddiema u l-membri tat-timijiet rispettivi tintlaħaq aktar kmieni dan ix-xahar.