Kmieni dalgħdu, għall-ħabta tat-0300hrs, il-Pulizija ntalbet għall-għajnuna għax kien qam argument bejn grupp ta’ persuni x-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li grupp ta’ persuni mhux magħrufa qajmu argument u aggredew Filippin ta’ 38 sena residenti l-Mosta. L-aggressuri laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.
Il-Filippin ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
It-tfittxijiet għall-aggressuri u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>