Wara li ftit tal-ġranet ilu Rafa Benitez tkeċċa minn kowċ ta’ Everton wara serje ta’ riżultati negattivi, it-Toffees laħqu ftehim ma’ Frank Lampard biex jieħu f’idu l-iskwadra b’kuntratt sal-2024.
L-eks plejer Internazzjonali Ingliż fl-aktar esperjenza riċenti bħala kowċ mexxa lil Chelsea sal-Finali tal-F. A. Cup li eventwalment tilfu kontra Arsenal filwaqt li fil-Kampjonat spiċċa fir-raba’ post. Qabel Chelsea Lampard kien kowċ ta’ Derby County fic-Championship fejn magħhom wasal sal-Finali tal-Play Offs għal-promozzjoni li tilfu 1-0 kontra Aston Villa.
//= $special ?>