Il-pulizija fil-Ġermanja qed iżommu suspettat taħt arrest b’konnessjoni mal-qtil ta’ żewġ pulizija li qalgħu tiri fatali wara li kienu waqqfu vettura għal spezzjoni ta’ rutina. L-inċident seħħ fid-distrett ta’ Kusel, fl-Istat ta’ Rhineland-Palatinate viċin il-fruntera ma’ Franza.
L-aħħar rapporti qalu li l-pulizija għamlu l-arrest wara li waqqfu karozza f’Kusel u meta huma kienu għalqu t-toroq kollha madwar ix-xena tar-reat. Is-suspettat li qed jinżamm arrestat għandu 38 sena waqt li l-pulizija anki qed iżżomm raġel ta’ 32 sena biex jgħin bl-istħarriġ dwar il-każ. L-awtoritajeit mhumiex jeskludu li s-suspettat seta’ kellu aktar kompliċi,, bit-tfittxija għalihom qed tkompli.
Il-qtil ta’ pulizija hi xi ħaġa rari fil-Ġermanja u t-tfittxija għall-qattiel jew qattiela fl-aħħar sigħat infirxet anki għall-Istat Ġermaniż ta’ Saarland.
Il-pulizija ma tatx dettalji dwar is-suspettat u r-raġel l-ieħor li qed jinżamm. Lanqas ma kien magħruf għal liema skop setgħu nqatlu l-pulizija.
//= $special ?>