Jason Azzopardi PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzoaprdi ddikjara fil-parlament llejla li minbarra l-ħlasijiet ta’ konsulenza fl-ammont ta’ €1.2 miljun bejn l-2013 u l-2019, il-Prim Ministru Robert Abela tħallas €123,000 għal servizzi oħra mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Jason Azzopardi qal li għall-PL, in-numru 17 ifisser ħafna: minn 17 Black ta’ Yorgen Fenech għas-€17,000 fix-xahar ta’ Robert Abela. Għalhekk il-Gverm kien kontra l-abbozzi tal-PN dwar goveranza tajba; issa Robert Abela inqabad li kien qed idaħħal €500 kuljum mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Robert Abela sar multi-miljuanrju billi tħallas iżżejjed minn flus il-poplu li ma ħax il-valur ta’ flusu. Wara l-2019, ix-xogħol beda jsir minn avukat tal-istess AP. F’dan il-perjodu Robert Abela kien l-avukat ta’ Joseph Muscat u anki tal-kuntratturi fosthom tal-whistle blower fil-każ kontra Giovanna Debono.
F’dan il-waqt, Robert Abela kien jintaxxa lill-AP biex jitħallsulu drittijiet professjonali tiegħu fl-ammont ta’ €23,0000 fl-2015, €15,000 fl-2016 u €6000 oħra f’servizz ta’ traduzzjoni, €39,000 fl-2018 u €40,000 fl-2019.
Fit-8 ta’ Jannar 2020, Robert Abela qal li l-kumpanija tiegħu se jżomm id-dritt li jitfa’ offerti għal-xogħol tal-gvern u ftit wara bidel din il-pożizzjoni. Ried isir Prim Ministru u jibqa’ jdaħħal dak l-ammont. Fit-18 ta’ Ġunju 2021, it-Times iddikjarat li Robert Abela kien qed jaħbi d-dħul tiegħu.
Robert Abela ma jistax jifhem lill-ħaddiema li jbatu biex ilaħħaq mal-ħajja iżda Robert Abela jieħu €17,000 fix-xahar għax jgħid li jitħallas fi tmiem il-ġimgħa. Alla biss jaf x’jaf Johan Buttigieg fuq Robert Abela; hemm kumpaniji oħra li trid tingħata spjega dwarhom li minnhom tħallsa Robert Abela fosthom direct order ta’ €120,000 mill-Ministeru għall-Ambjent.
//= $special ?>