Għat-tieni sena konsekuttiva, id-dilettanti tal-Karnival se jispiċċaw ma jistgħux igawdu ż-żmien tant għal qalbhom hekk kif tħabbar li l-Karnival kif konna nafuh qabel il-pandemija mhux se jsir… u se jsiru biss attivitajiet żgħar bħal esebizzjonijiet ta’ kostumi u installazzjonijiet.
Dan ifisser li l-Karnival ta’ din is-sena mhux se jkun qed jigi fi zmienu u se jkun simili ħafna għal dak li kelna s-sena l-oħra… Karnival li mhux se jkollu l-follol ta’ nies u l-briju li konna naraw qabel.
Madanakollu qed jigi mbassar li l-Karnival mistenni li jsir bejn l-20 u t-22 ta’ Mejju… dejjem skont is-sitwazzjoni tal-pandemija.
Dan hekk kif meta Net News staqsa lill-Ministru Jose Herrera x’jiġri jekk matul dawn iż-żminijiet jerġgħu jiżdiedu l-każijiet tal-Covid u b’hekk jiżdiedu l-miżuri f’pajjiżna… hu saħaq li m’għandu l-ebda kontrol.
“Iċ-ċirkostanzi fil-pandemija jinbidlu malajr u allura ma tkunx taf x’se jiġri,” qal Jose Herrera.
B’25 kumpaniji taż-żfin u diversi dilettanti oħra li issa se jkun qed jibdew jippreparaw… Herrera ta x’jifhem li dawn se jkunu qed jispiċċaw jitilfu kollox hekk kif jispiċċa b’idu marbuta.
“Jekk jiġri xi ħaġa straordinarja jkolli nimxi mal-miżuri fis-seħħ,” qal Jose Herrera.