Lokali Qorti

Illiberata wara li l-kelb tagħha gidem mara

Żagħżugħa ta’ 23 sena ma nsabitx ħatja mill-Qorti tal-Appell ma nstabitx ħatja li l-kelb tagħha gidem mara oħra u kkaġunalha ġrieħi ħfief. Shana Marie Mifsud ressqet appell li nstema mill-Imħallef Edwina Grima ġara li f’Settembru ta’ sentejn ilu gidem mara oħra fi blokka ta’ appartamenti f’Tas-Sliema.

Mifsud ma kinitx instabet ħatja mill-ewwel Qorti li ħalliet kelb perikoluż jiġġerra. Madankollu kienet instabet ħatja li l-vittma sofriet minn ġrieħi minħabba traskuraġni. Il-Qorti tal-Appell qalet li l-fatt li ma nstabitx ħatja li ħalliet lill-kelb jiġġerra, ma setgħetx tinstab ħatja ta’ traskuraġni, u dan meta l-kelb kien marbut b’ċinga u ma kinitx hi li ressqet lill-kelb lejn il-mara li għamlet rapport fl-Għassa tal-Pulizija dwar il-każ.

Aktar minn hekk il-kelb kien  marbut b’ċinga u kienet il-vittma li marret biex tifraħ bih. Il-każ seħħ fl-10 ta’ Settembru tal-2020 fil-5.00pm.  Dak il-ħin mill-komun ta’ appartamenti f’Tignè,  kienet ħierġa mara oħra u seħħ l-inċident.

L-ewwel Qorti kienet ordnat lil Mifsud tħallas multa ta’ €40 bil-Qorti tal-Appell tgħid li lanqas tressqu provi tal-ġrieħi li kellha l-vittma, jew li l-kelb kellu tendenzi aggressivi.

Is-sentenza tgħid ukoll li Mifsud kienet qed trażżan lill-kelb u ma kinitx hi li ressqitu lejn il-vittma, u għalhekk ma setgħetx tkun konxja ta’ dak li kien se jiġri.