Sport Sport Ieħor

Imnedija uffiċjalment il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023

Għall-ewwel darba wara aktar minn 20 sena, il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023 se jkunu qed isiru f’pajjiżna. F’dawn il-logħob, se jkun hemm sitt dixxiplini individwali u żewġ dixxiplini oħra f’tim.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello qal li l-Kumitat qed jaħdem fil-qrib mal-Federazzjonijiet involuti sabiex kemm jista’ jkun l-atleti jkunu preparati bl-aqwa mod. Pace Bonello qal li jittama li dawn il-Logħob jagħmluna kburin kemm mill-att ta’ riżultati u anke mill-att ta’ organizzazzjoni.