Futbol Sport

Matthew Guillaumier jissieħeb ma’ Robur Siena… Alex Satariano jissieħeb ma’ US Pergolettese 1932

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-midfielder ta’ 23 sena Matthew Guillaumier se jkun qed jissieħeb ma’ Robur Siena fil-Lega Pro wara li kien konkluż it-trasferiment minn ma’ Ħamrun. Inizjalment Guillaumier kien se jissieħeb ma’ Reggina iżda jirriżulta li wara numru ta’ tentattivi biex ineħħu xi players, dan ma seħħx u b’hekk fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti kienu Robur Siena li akkwista lil Guillaumier. Bħala sostitut ta’ Guillaumier, Ħamrun akkwsitaw lill-midfielder Żvizzeru Matteo Fedele.

L-attakkant internazzjonali Malti Alex Satariano huwa player ġdid ta’ US Pergolettese mingħand Frosinone. Satariano se jkun qed jilgħab fis-Serie C. Jidher li għal Satariano kien hemm ukoll interess mill-klabb ta’ Calcio Lecco.

Intant il-paġna ta’ Replay żvelat kif il-midfielder żagħżugħ Lucas Caruana jinsab f’diskussjonijiet biex jissieħeb ma’ AC Monza li fil-preżent jinsabu fis-sitt post tas-Serie B. Aktar kmieni Caruana attenda prova ma’ SC Braga fil-Portugall fejn kien ħalla wkoll impressjoni tajba.