Futbol Sport

Nadur Youngsters jiftħu vantaġġ ta’ disa’ punti fl-ewwel post

Ritraa (Anaca Photography)

Nadur Youngsters żammew vantaġġ ta’ disa’ punti fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Għawdxi meta fil-logħba kontra Sannat Lions ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. Il-goals waslu fl-aħħar kwarta tal-logħba permezz Joseph Zammit u Ederson Bruno Domingos. Fil-logħba tas-Sibt SK Victoria Wanderers kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Xewkija Tigers 2-0 minn penalty ta’ Fabricio Rozkiewicz fit-48 minuta u fil-81 minuta minn Nicholas Vella. Xewkija Tigers lagħbu l-aħħar nofs siegħa tal-partita b’raġel inqas meta Haruna Shodija Shola kien muri l-karta l-ħamra.

Fit-tieni diviżjoni ntlgħabu wkoll żewġ logħbiet fejn il-leaders Qala Saints kisbu s-sitt rebħa minn seba’ logħbiet meta rebħu lil St Laurence Spurs bl-iskor komdu ta’ 4-0. Brandon Said fetaħ l-iskor filwaqt li fl-34 minuta Ebube Ralph Okpokwu irdoppja u hekk għalqet l-ewwel taqsima. Said reġa’ niżżel ismu fil-lista tal-iskorers fil-55 minuta filwaqt li l-aħħar goal wasal minn autogoal ta’ Daniel Micallef fil-61 minuta. Qala Saints temmew il-logħa bi player inqas meta Michael Zerafa tkeċċa fit-78 minuta. Fil-logħba l-oħra Munxar Falcons tegħu fit-tieni post meta għelbu lil Għarb Rangers. Kienu Għarb li fetħu l-iskor fil-45 minuta minn Christopher Gafa filwaqt li goals fit-tieni taqsima minn Ayesller Carvalho fil-65 minuta u fid-90 minuta u goal ta’ Luke Portelli fl-74 minuta dawra telfa f’rebħa għal Munxar Falcons.