Lokali

Antoinette Vassallo tinħatar Kummissarju għat-Tfal

It-Tlieta filgħodu, Antoinette Vassallo inħatret bħala Kummissarju għat-Tfal. Dan wara li spiċċa t-terminu ta’ Pauline Miceli.

Antoinette Vassallo gradwat bħala infermiera fl-1978 u ħadmet f’din il-professjoni sal-1985. Serviet bħala Sindku f’Ta’ Xbiex għal 14-il sena, sas-sena 2013.

Antoinette Vassallo serviet bħala Direttur tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni bejn April tal-2013 u Settembru tal-2017. Kienet Chairperson tal-Awtorità tad-Djar minn April tal-2013 sa Settembru tal-2017. Serviet ukoll bħala Direttur tal-Bord tal-Malta Industrial Parks minn Ottubru tal-2017 sa Ottubru tal-2019.

Hija ħadmet ukoll bħala Viċi Chairperson taċ-Children And Young Persons Advisory Board (CYPAB), fejn aktar tard inħatret bħala Chairperson tal-Bord sa Ġunju tal-2020. Fil-preżent hija membru tal-Bord fil-Kumitat tat-Tisħiħ tal-Familja, li huwa parti mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal.

Hija wkoll membru tal-Bord tal-Kumitat tal-Faċilità San Vinċenz de Paule.

Antoinette Vassallo twieldet fl-1957, hija miżżewġa lil Adrian Vassallo, u għandhom ħamest itfal.