Coronavirus Lokali

COVID-19: 249 każ ġdid u vittma oħra fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa mara ta’ 57 sena kienet l-aħħar vittma s’issa tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin bl-ammont totali ta’ vittmi sa mill-bidu tal-firxa al-virus f’pajjiżna issa jlaħħaq il-551.

Dan filwaqt li bejn it-Tnejn u t-Tlieta ġew irreġistrati 249 każ ġdid, b’102 persuna jinsabu rikoverati l-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus – inkluż 5 li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fl-aħħar 24 siegħa wkoll 266 qed jitqiesu bħala mfejqa mill-virus u għaldaqstant il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa naqas għal 2,954.