Internazzjonali

Covid-19: Il-poplu tal-Awstrija jirreżisti l-liġi kontroversjali dwar il-vaċċin

Mandatory Credit: Photo by CHRISTIAN BRUNA/EPA-EFE/Shutterstock (10579744a) A man wearing a protective mask poses for photographs, with the closed Museum of Art History (KHM Kunsthistorisches Museum) in the background, in Vienna, Austria, 11 March 2020. In an attempt to stop the spreading of the novel coronavirus related Covid-19 disease, Austrian Chancellor announced on 10 March to close all state museums, the Vienna State Opera and other federal buildings. All public indoor gatherings with over 100 people and outdoor gatherings with 500 people have been banned and the population has been advised to reduce their social contacts. Daily life under the Coronavirus outbreak in Austria, Vienna - 11 Mar 2020

Il-poplu tal-Awstrija qed jesprimi għadab kbir għal liġi ġdida li daħlet fis-seħħ ftit tas-sigħat ilu fil-pajjiż u li tesiġi biex kull ċittadin li għandu ‘il fuq minn 18-il sena jingħata bilfors it-tilqima kontra l-Covid-19.

Filwaqt li numru ta’ pajjiżi introduċew mandati ftit jew wisq simili fir-rigward tal-anzjani u l-ħaddiema mediċi, dawn il-liġijiet qed iħabbtu wiċċhom ma’ reżistenza fost il-protesti li ‘kulħadd għandu d-dritt għall-għażla personali’.

Intant, l-Awstrija hi l-ewwel pajjiż Ewropew li adotta miżuri daqstant riġidi u inflessibbli dwar il-vaċċin u r-reżistenza tan-nies mistennija tikber fil-jiem li ġejjin.

L-aħħar rapporti indikaw li numru sinifikanti ta’ Awstrijaċi ma jaqblux mal-mandat ġdid dwar il-vaċċin li qed jimponi l-Gvern Awstrijak, b’aktar faxxex tas-soċjetà qed itennu li t-tilqima għandha tibbaża fuq l-‘għaża tal-individwu’.

Xi kelliema li xtaqu li jibqgħu anonimi qalu li l-vaċċini, fil-verità, ‘ma waqqfux il-pandemija’ u li l-impożizzjoni tat-tilqim ( kontra l-Covid) ta’ bilfors mhu xejn anqas minn abbuż tad-dritt tal-bniedem li jgħid ‘iva’ jew ‘le’.

Il-Gvern Awstrijak, iżda, wieġeb li t-tilqim hu arma effettiva kontra l-inċidenza ta’ kundizzjonijiet serji relatati mal-infezzjoni bil-Covid. Il-Gvern qal ukoll li l-liġi – minkejja li waħda kontroversjali – hi meħtieġa biex il-pajjiż jevita aktar lockdowns filk-futur.

Karoline  Edtstadler , il-Ministru tal-Awstrija għall-Unjoni Ewropea u l-Kostituzzjoni, qalet li l-Gvern tagħha ‘hu konxju li l-impożizzjoni tat-tilqim fuq iċ-ċittadini ta’ 18-il sena ‘il fuq tinvolvi miżura qawwija u diffiċli għal kulħadd.

Edstadler anki ammettiet li l-proċess fejn iċ-ċittadini jridu jingħataw bil-fors it-tilqima jinvolvi ‘indħil fid-drittijiet tal-individwu’ iżda fl-istess ħin sostniet li ‘dan l-indħil jista’ ikun ġustifikat fiċ-ċirkustanzi.’

Il-Ministru spjegat il-ħtieġa li l-Awstrija u l-Ewropa joħorġu mill-pandemija u li ‘il-programmi tat-tilqim kontra l-Covid huma l-uniku mezz li bih il-pajjiżi jistgħu jħarsu ‘il quddiem b’ottimiżmu filwaqt li jirritornaw għall-ħajja normali.