Lokali

RITRATTI: Evakwata binja fi Smart City wara theddida ta’ bomba

Għall-ħabta tal-10.20am binja fi Smart City ġiet evakwata wara theddida ta’ bomba. Bħalissa fuq il-post hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u membri mill-Explosive Ordnance Disposal.

Il-pulizija qalu ma’ Net News li t-theddida ta’ bomba saret fl-uffiċini tal-Awtorità Maltija dwar il-logħob (l-MGA).

Aktar dettalji ‘l quddiem.