“Issa donnu bħal sar pattern li nagħmlu xalata bi flus il-poplu. Meta joħorġu dawn l-istejjer, bħal donnu li l-prinċipju tal-prudenza mhux armejnih mit-tieqa… tajnih daqqa ta’ sieq u tfajnih mil ‘il bogħod minna għax meta joħorġu dawn l-istejjer huma stejjer li juruna kif prinċipju ta’ prudenza, ta’ sens ta’ kejl, ta’ proporzjon.. donnu ntilfu.”
Hekk stqarr l-opinjonista George Vital Zammit wara l-aħbar li kienet żvelata lbieraħ fejn Robert Abela nqabad illi kien qed jitħallas minn flus il-poplu Malti €17,000 fix-xahar ….għas-servizzi legali li kien jagħti lill-Awtorità tal-Ippjanar. Meta fi 3 snin minnhom kien ukoll Konsulent tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
U wara li inkixef mit-Times… il-Prim Ministru pprova jiġġustifika ż-żieda drastika li ngħata, billi qal li wara li tela’ l-Labour, l-ammont ta’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp żdiedu ħafna… u għalhekk żdiedlu x-xogħol.
F’intervent fuq Net TV, George Vital Zammit fakkar kif din l-aħbar ħarġet ftit tal-jien biss wara li smajna bil-kuntratt ta’ 13,000 ewro fix-xahar li ingħatat ċ-chief of staff tal-Ministru Chris Fearne.
“Li qed nixxalaw bi flus in-nies tinkwetatni. Din hija xi ħaġa li tkompli ma’ aħbar li ħarġet ftit tal-ġranet ilu li s-sinjura Ciantar għandha pakkett ta’ 163,000 elf ewro. Għandek anomlija li qed toħroġ wisq li dawn in-nies għandhom is-salarju d-doppju ta’ min jaħtarhom.“
George Vital Zammit insista li l-għajta ta’ governana tajba li tant kien saħaq fuqha l-Partit Laburista… spiċċat sfumat fix-xejn.
“Kellna narrattiva li titkellem dwar il-governanza tajba, fl-2012, u allura li kienet il-pjattaforma biex Gvern Laburista, jiġi elett fl-2013. Jien nibża’ li dik taret mar-riħ malajr wisq. Meta inti wgħedt ħaġa u għamilt xi ħaġa oħra u tlift anke dak is-sens ta’ għaqal, li inti meta qiegħed f’pożizzjoni ta’ poter mhux iktar taħtaf, iktar toqgħod bil-għaqal.“
//= $special ?>