Lokali

Il-ħabiba tal-Ministru Bartolo titpoġġa’ fil-Ministeru t’Għawdex

Is-Segretarja tal-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo tpoġġiet fil-Ministeru t’Għawdex; għalkemm dan il-job ingħata biss fuq il-karta. B’rapport fil-portal The Shift News jiżvela li hi qatt ma tfaċċat fil-Ministeru ta’ Clint Camilleri.

L-istorja hi dwar Amanda Muscat, il-partner tal-Ministru Clayton Bartolo.

The Shift qed jirrapporta li Bartolo għamel minn kollox biex ipoġġi lis-sieħba tiegħu f’Ministeru ieħor, sabiex ma tirrepetix ruħha storja simili għal dik ta’ Justyne Caruana u Daniel Bogdanovic.

“Din kienet biss strateġija kożmetika”, spjegaw diversi sorsi fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu.