Lokali

Il-Ħadd Abela se jindirizza lin-nies fl-Imqabba; id-Distrett fejn mistenni jikkontesta

Kollox jindika li fl-elezzjoni ġenerali li ġejja, Robert Abela se jkun qed jikkontesta l-5 Distrett. U sabiex jibda jibni l-immaġini tiegħu fost il-kostitwenti, il-magna ta’ Kastilja ħasbet biex il-Ħadd li ġej torganizza attività fl-Imqabba.

L-għidut dwar dan id-Distrett kienu ilhom jissemmew fost il-kandidati tal-Labour. B’uħud jgħidu li Abela se jagħmel minn kollox biex miegħu titla’ sparata Miriam Dalli – li għandha saħħa fiż-Żurrieq – filwaqt li dawk li jappoġġjaw lil Joseph Muscat se jispiċċaw jibqgħu l-art.

Ministri oħra bħal Julia Farrugia qed jaraw iċ-ċans tagħhom li jkunu ri-eletti jieħu daqqa. Bil-kanvasers tagħha jgħidu li l-appoġġ kollu li tat lil Abela biex isir Leader diġa’ intesa mill-klikka ta’ madwaru. Dan filwaqt li l-magna ta’ Kastilja qed tipprova timbotta kandidati oħrajn.