“Il-ħuta minn rasha tintenn. Aħna qegħdin immexxijin minn Gvern li l-Kap tiegħu ra li jsir sinjur hu personalment mir-riżorsi tal-Gvern u permezz tal-kuntatti tiegħu fil-Gvern”
Din kienet ir-reazzjoni tal-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius f’intervent li għamel waqt il-programm Net Live, wara li ħarġet l-aħbar li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed jitħallas €17,000 fix-xahar minn flus il-poplu Malti għas-servizzi legali li kien jagħti lill-Awtorità tal-Ippjanar.
Peter Agius qal li meta wieħed jara dawn l-affarijiet li sirna nisimgħu bihom kuljum, tirrealizza li wasal iż-żmien li ssir riforma radikali tal-politiċi. Għalhekk quddiem dan kollu l-Partit Nazzjonalista qed iressaq proposti legislattivi u konkreti fil-Parlament sabiex issir riforma fil-politika Maltija biex din verament tkun ta’ servizz għaċ-ċittadin.
Il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista saħaq li pajjiżna għandu Prim Ministru maqtugħ mir-realta li mhux qed jagħti widen għall-weġgħat tan-nies. Gvern ġdid Nazzjonalista iwiegħed li jagħti bonus ta; 14-il miljun ewro għall-frontliners, l-għalliema.. Din hija l-politika tal-Partit Nazzjonalista. Mentri l-focus ta’ Robert Abela hija l-konsulenza tiegħu u l-kuntratti għall-ħbieb tiegħu… u l-kuntratti li rabtu idejn l-ekonomija Maltija tal-Vitals u tal-Electrogas.
//= $special ?>

