Lokali Parlament

Konrad Mizzi mhux se jidher għal-laqgħa ta’ għada tal-PAC

Konrad Mizzi bagħat korrispondenza liċ-Chairperson Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubblici Beppe Fenech Adami li mhux se jkun qed jidher għal-laqgħa ta’ għada tal-PAC.

Huwa informa li ma jistax jattendi għal-laqgħa ffissata minħabba dawk li huwa qed jiddeskrivi bħala ‘medical procedures’.

Beppe Fenech Adami qal li bħala Chairman ta’ dan il-Kumitat mhuwiex kompitu li jiddubita jew nistaqsi fuq materji ta’ saħħa ta’ kwalunkwe natura, u qal li jirritjeni li bħala Chairperson tal-Kumitat Mizzi jerġa’ jinġieb quddiem dan il-Kumitat sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet li sa llum għadu qed jirreżisti li jwieġeb